Posted Tuesday, April 28, 2020
Il-Hlas tal-manteniment waqt il-COVID 19

Il-Covid-19 poggiet pressjoni finanzjarja fuq hafna. L-gheluq ta’ ajruporti, hotels, bars u ristoranti u bosta postijiet tax-xoghol fisser li hemm min tilef l-impjieg tieghu ghal kollox jew kellu jaccetta riduzzjoni fil-paga f’termini tal-pakketti ta’ assistenza governattiva. Ghal dawk li  kull xahar ihalsu manteniment versu l-konjugi jew it-tfal taghhom certament ser ihossu l-piz u ser isaqsu jekk jistax isir xi haga fic-cirkusatanzi.

L-ewwel principju huwa li kuntratti ta separazzjoni, ftehim ghal hlas  ta’ manteniment, digrieti u decizjonijiet tal-Qorti ghadhom legalment validi. Dan iffisser illi l-pagamenti jridu jithalsu xorta wahda. Huwa reat kriminali li persuna ma thallasx il-manteniment, meta l-hlas ikun regolat permezz ta’ kuntratt jew ta’ ordni tal-Qorti.

Minkejja dan, fic-cirkustanzi prezenti, persuna li qablet li thallas il-manteniment jew hija marbuta b’ordni tal-Qorti biex thallas il-manteniment tista’ titlob lill-Qorti tirriduci is-somma ta’ manteniment dovuta kull xahar billi tipprezenta rikors b’urgenza. Il-Qorti trid tkun konvinta li c-cirkustanzi inbiddlu b’mod drastiku, u li l-familja fl-intjier taghha kellha icekken l-infieq ghaliex il-qligh naqas. Il-Qorti tkun konvinta biss, jekk l-applikant jipprovdi evidenza finanzjarja adegwata biex issostni dan.

Il-Qorti mhux ser toqghod fuq il-verzjoni ta’ naha wahda biss u zgur mhux forsi ser issaqsi l-parti l-ohra ghall-opinjoni u l-verzjoni tal-fatti taghha.

Fil-prezent il-Qrati huma maghluqin u ghaldaqstant biex wiehed jipprezenta rikors, irid juri li dan ir-rikors huwa urgent u jehtieg l-attenzjoni tal-Qorti b’mod immedjat.

Jezistu kaziijiet fejn il-konjugi jew il-genturi ma ghandhomx relazzjoni hazina bejnithom u ghalhekk, iz-zewg nahat jistghu jifhmu aktar lill-xulxin. Il-partijiet jistghu jaqblu li jitnaqqas l-ammont tal-manteniment f’daz-zminijiet difficli u jirrikonoxxu l-fatt li l-partijiet kollha ghandhom jaghmlu sagrificcji finanzjarji u ekonimici. Jekk jezisti dan il-ftehim volontarju, la l-Qrati huma maghluqin, huwa difficli biex il-ftehim jigi approvat mill-Qrati. Minhabba li fil-prezent, mhuwiex possibbli li jigi formalizzat ebda ftehim milhuq permezz tas-soliti proceduri, ikun rakkomandabbli li mandankollu, ghandu jigi pprezentat simultanjament  mar-rikors b’urgenza, ftehim bil-miktub bejn iz-zewg partijiet.

Av. Malcolm Mifsud                                    Av. Maria Camilleri
Partner                                                         Associate 
 
 
Kindly click here if you would like to access the English version of this article.   
Share
© MIFSUD MIFSUD. All Rights Reserved.
All Articles - Sitemap - Terms Of Use - Privacy Policy